Noffrulek kbir Alla

Noffrulek, kbir Alla,
Dal-ħobż, qamħ misjur;
Noffrulek dal-kalċi,
Frott l-għeneb magħsur.
Minn qalbna noffruhom
Berikhom Mulej
Biex f’Ġisem jitbiddlu
U f’demm il-Feddej.

Noffrulek dan moħħna
Biex jaħseb biss fik;
Noffrulek din qalbna
Biex tgħix biss għalik;
Din ruħna u ġisimna
B’għemilna nagħtuk,
Biex dejjem u f’kollox
Nuruk li nħobbuk.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Offertorju


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika