O liema ferħ tas-sema

O liema ferħ tas-sema
Li f’dan iż-żmien qaddis
Ġesù twieled għalina, ħelisna mit-tniġġiż
Fil-għar ġewwa maxtura
Ġieb miegħu l-hena fis
Ejjew, bil-qalb kollha
Infaħħruh, infaħħruh
Ejjew bil-qalb kollha nfaħħruh.

Fis-sema dehru l-anġli
Biex lilu jagħtu ġieħ
U ħabbru lill-ġnus kollha
Li f’dan il-lejl ferrieħ
Il-paċi l-iktar kbira lil min jittama fih
Ejjew, bil-qalb kollha
Nfaħħruh, infaħħruh
Ejjew bil-qalb kollha nfaħħruh.


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika