O Mulej miġburin

O Mulej miġburin ħdejn artalek,
Noffru qlubna mal-ħobż u l-inbid,
Biex tbiddilhom, timliehom bi mħabbtek,
F’dil-quddiesa, il-għajn ta’ kull ġid.
Inti taf kemm l-għedewwa ta’ ruħna
Qed jagħfsuna bil-qawwa, kull ħin.
Fittex għinna, ħarisna, rebbaħna,
Sabiex lilek infaħħru ħenjin.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Offertorju


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika