O Qalb Ħanina
O Qalb ħanina li mill-jasar fdejt
Lill-bnedmin kollha li bla tarf ħabbejt,
Kebbes lil qlubna, miġburin f’riġlejk,
Bin-nar ta’ mħabbtek sabiex nersqu lejk!
Ġesù, ħallina niġu ħdejk fis-skiet
Biex aħna nieklu
Mill-Ħobż tas-smewwiet,
Fik biss il-ħajja, fik id-dawl u l-ġid,
Inti ta’ qlubna l-egħżeż Qalb u s-Sid!’
Xi ġmiel, xi ħlewwa meta fuq l-Artal
Int tistenniena minn ġo dik id-Dar,
O Qalb ħanina, għid xi tridna ntuk;
Din qalbna ċkejkna sabiex inħobbuk.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin