O Truf kollha ta’ din l-art
Rit:
O truf kollha ta’ din l-art
U tal-baħar il-ħlejqiet
Itfgħu ħarsitkom lejn kull M’għamel il-Mulej.
Għax is-sid ta’ din l-art
Is-sid tal-ilmijiet
Fejqan ġab miegħu lill-bnedmin.
Semmgħu leħinkom
Faħħru l-kobor tal-Mulej
Għax għamel Hu
F’kull żmien l-għeġubijiet. Rit:
Is-sema u l-art ġewwa ħdanu jithennew
U kull qalb u kull ġens
B’sidhom jagħrfuh. Rit:
U ġab il-fidwa lilna l-bnedmin
Bħalma Hu kien wiegħed ilu s-snin
Jgħannu t-truf ta’ din l-art
Jgħannu l-baħar u kull ma fih
Jistqarru li hu s-Sultan. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: