Qalb ta’ Ġesù Ħanina

Kieku ma kontx ħuġġieġa
Ta’ nar ta’ mħabba
Ma kontx titlaħħam sabiex tmut għalina
U tibqa’ ttenni tal-Kalvarju l-ġrajja
Qalb ta’ Ġesù ħanina!

Kieku ma kontx ħuġġieġa
Ta’ nar ta’ mħabba
Ma kontx tinħall u tfur fi xmara bnina
Sabiex taħsel il-ħtijiet
Ta’ ġens il-bniedem,
Qalb ta’ Ġesù ħanina!


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika