Sawwab l-ilma

Rit:
Sawwab l-ilma fuq art għatxana
U d-deżert jinbidel fi xmara
Qlubna noffru b’kull tifħir
Dawl għall-ġnus ħajjitna ssir
Sawwab fuqna l-Ispirtu Qaddis.

Bħal art niexfa hekk
Din ruħna għalik għatxana
Fik din ruħna ssib il-kenn u fik tittama
Kun id-dawl fejn hemm id-dlam
’Tina l-maħfra u l-fejqan
Inti ħlaqtna għalik Mulej setgħan. Rit:

Uri s-sebħ ta’ ġmielek fuq l-art kollha,
U ningħaqdu mal-ħolqien
F’għanja ta’ glorja
Kun il-qawwa u l-ħelsien,
Alla għajrek m’hawn imkien
Fawwar int fi qlubna l-veru sliem. Rit:

Fawwar fina mħabbtek bħal xmara
Kun għalina int ir-Ragħaj,
Li tisqina b’ilma ħaj. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika