Sliem O Sultan Maħbub

Sliem, o Sultan maħbub tagħna
Sliem, o Sultan tal-ħolqien
Flimkien ngħannu s-sebħ ta’ saltnatek
Waqt li nfaħħruk bla waqfien.

Sliem, o sultan maħbub tagħna
Ħajr irroddulek mill-qalb
Tferraħna bil-ġid li tagħtina
Ta’ wliedek twieġeb it-talb.

Sliem, o Sultan maħbub tagħna
Saffi lil ruħna mid-dnub
Ħa tasal quddiemek talbitna
Int li għalina mislub.

Sliem, o Sultan maħbub tagħna
Fik qlubna jsibu mistrieħ
Għax aħna għalik biss għatxana
Hekk lilek jistħoqq kull ġieħ.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika