Spirtu Qaddis

Spirtu Qaddis tal-Mulej
Dawwal lil moħħna, lil qalbna biss bik
Kun għalina s-serħ, milja ta’ kull ferħ.
Qawwi lil ruħna Mulej.

Spirtu tal-paċi tal-għerf
Għallimna nħobbu u naħfru bla rbit
Ġedded wiċċ il-art
Fejjaq minna l-mard
Ejja aħjina Mulej.

Spirtu ta’ faraġ, ta’ dawl.
Il-għawġ dallamna, farrakna bis-sħiħ.
’Tina l-għerf meħtieġ
Nagħrfu nimxu t-triq
Biex ngħixu ħajja fis-sliem.

Spirtu ta’ mħabba bla qies
Lilek foħrija, minn qalbna nagħtuk
Flimkien mal-Missier
Ma’ Ġesù l-ħellies
Lilkom kull glorja. Ammen.


Żminijiet: Pentekoste 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Ringrazzjament, Tqarbin


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika