Taħt ħarstek nistkennu
Rit:
Taħt ħarstek ilkoll nistkennu
Omm qaddisa tal-Mulej
La twarrabx minn quddiemek
It-talb li aħna qed nagħmlulek. x2
Ulied Eva lkoll aħna
Bi dnubietna mtaqqlin,
Għandek niġu Omm Imbierka
Int li tilqa’ ’l-midinbin. Rit:
Tqal id-dubji li jaħkmuna
Il-qlub tagħna magħsurin
Nersqu lejk Ommna Ħanina
F’Ibnek aħna mifdijin. Rit:
Bis-salib aħna mgħobbija
Nimxu lejk Kewkba tas-Sliem;
U niftakru f’salib Ibnek
Hu l-Bidu, Hu t-Tmiem. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: