Talba tal-Midneb

Ħallini llum ħelwa Marija
Nersaq f’riġlejk sabiex nitolbok
Titlob għalija lil Ġesù Ibnek
Għax jien naf żgur li jisma’ minnek.

Rit:
Jien naf ukoll li inti tħobbni
Għax għażlek Hu sabiex tkun ommi
Għalhekk bil-qalb ser intennilek.
Ave Maria.

Kull fejn ħarsti ddur lilek nilmaħ żgur
Fuq l-art u s-smewwiet jidwu l-innijiet.
Biex nuruk il-ferħ kbir
Li bih il-qalb tkun trid ittir.
Infaħħruk, inqimuk, bħala sultana. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika