Wieqfa taħti is-salib

Wieqfa taħt is-salib b’ħarsitha mbikkija
Fuq binha kollu dmija msallab qed imut
Wieqfa taħt is-salib, Marija f’agunija
Titniehed bit-tbatija, titbekka fuq Ġesù.

Rit:
Jien mhux lilu l-iżjed nibki
Iżda lilkom midinbin
Għaliex intom u wliedkom
Tant minn Alla mbegħdin.
Iva, nibki xħin narakom
Li lil ibni ma tridux
Tibqgħu ’l bogħod
U lejh ma tersqux.

Wieqfa taħt is-salib, ġo folla illi qiegħda
Titmasħan, bil-mibegħda
Ta’ binha l-maħbub
Wieqfa taħt is-salib, lejn binha ċċassata
Tassew addolorata
Xħin hija tarah mislub. Rit:


Żminijiet: Randan 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Għeluq


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika