Xi grazzja kbira

Xi grazzja kbira! Ħelu l-kliem
Li bih lil ruħi fdejt.
Jien kont mitluf u sibtli t-triq
Kont għama u nara ġejt.

Għallimt lil ruħi l-biża’ wtiq
Qawwejtli qalbi bik.
Kemm kien ġħażiż dak il-mument
Xħin tajtni l-fidi fik.

Għalkemm fi triqti jżurni l-għawġ
U tbatijiet mill-kbar
Int dejjem ħriġtni qawwi u sħiħ
Sa ma twassalni d-dar.

Il-Mulej wegħedni riżq u ġid
Fuq kelmtu norbot jien.
It-tarka tiegħi sehmi jkun
Sakemm itul iż-żmien.

Xħin ġismi u qalbi jsiru trab
U ħajti ssib it-tmiem
Minn dat-tiċrit ta’ dan l-istar
Għad nikseb hena u sliem.

U wara eluf u eluf ta’ snin
Bħal xmux fid-dawl għammieq
Għad jibqa’ żmien biex nagħtuh ġieħ
Daqs meta bdejna t-triq.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika