Prefazju ta’ Ħadd il-Għid

18/05/21

 

Il-Prefazju huwa talba ta’ radd il- ħajr li jiftaħ it-talba Ewkaristika fil-quddiesa.

B’din it-talba nigglorifikaw u nirringrazzjaw lil Alla.

Fil-parti tan-nofs tal-Prefazju  inxandru bil-ferħ l-għejun tas-salvazzjoni tagħna.

Sewwa u xieraq tassew, Mulej, Missier qaddis, Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, tajjeb u ta’ ġid għas-salvazzjoni tagħna li dejjem u kullimkien irroddulek ħajr.

Għax int, biex ittemm il-misteru tal-Għid, illum għoġbok tagħti l-Ispirtu s-Santu lil dawk li għamilthom ulied adottivi tiegħek u seħibthom ma’ Ibnek il-waħdieni; u l-Ispirtu s-Santu, fil-bidu tal-Knisja, ta lill-ġnus kollha biex jagħrfu lil Alla, u għaqqad f’xirka waħda l-ħafna ilsna fl-istqarrija ta’ fidi waħda.

(Prefazju ta’ Ħadd il-Għid)