Is-Sittax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena

16/07/21

 

Ħenn għalina, Mulej, qaddejja tiegħek, u kollok tjieba, kattar fuqna d-doni tal-grazzja tiegħek biex nitħeġġu fit-tama, fil-fidi u fl-imħabba, u nishru dejjem sal-aħħar fil-ħarsien tal-kmandamenti tiegħek.

B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.