L-Erbatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena

02/07/21

 

O Alla, inti rġajt waqqaft id-dinja mġarrfa billi Ibnek ċekken lilu nnifsu: imla lill-fidili tiegħek b’ferħ qaddis, u agħti hena bla tmiem lil dawk li inti ħlist mill-jasar tad-dnub. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Nota: Għalkemm fil-ligwaġġ mitkellem ġeneralment għandha konnotazzjoni negattiva, fil-kuntest liturġiku, il-kelma “fidili” tirreferi għal dawk li huma marbutin b’rabta ta’ fedeltà mal-Mulej. Fi kliem ieħor, tirreferi għall-membri kollha tal-poplu ta’ Alla.