agħtini d-dehen biex ikolli l-ħajja

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 31 ta’ Jannar 2023.

Salm 118 (119):137-144

XVIII (Sade) 

Ġust int, Mulej; *
u sewwa d-digrieti tiegħek.
Bil-ġustizzja għamilt il-preċetti tiegħek, *
u b’fedeltà mill-akbar. 

Tifnini l-ħeġġa tiegħi, *
għax insew kelmtek l-għedewwa tiegħi.
Il-wegħda tiegħek jien ippruvajtha; *
għalhekk iħobbha l-qaddej tiegħek. 

Għalkemm jien żgħir u mżeblaħ, *
ma ninsiex il-preċetti tiegħek.
Ġustizzja ta’ dejjem hi l-ġustizzja tiegħek, *
u sewwa l-liġi tiegħek. 

Għalkemm id-diqa u n-niket waqgħu fuqi, *
il-kmandamenti tiegħek baqgħu l-għaxqa tiegħi.
Ġustizzja ta’ dejjem il-preċetti tiegħek; *
agħtini d-dehen biex ikolli l-ħajja. 

Glorja.

Ant. 1: Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.

Ant. 2: Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, Mulej.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/