Aħjar tistkenn fil-Mulej

 

Talb ta’ nofs il-jum, l-Ħadd 30 ta’ Ġunju 2024
Salm 117 (118)

(I)

Għajjat ta’ ferħ u rebħDin hi l-ġebla mwarrba minnkom il-bennejja, li saret il-ġebla tax-xewka. (Atti 4:11) 

Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu! 

Ħa jgħidu wlied Iżrael: *
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”
Ħa tgħid dar Aron: *
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”
Ħa jgħidu dawk li jibżgħu mill-Mulej: *
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.” 

Sejjaħt il-Mulej fid-dwejjaq tiegħi; *
u l-Mulej weġibni, u ħariġni fil-wisa’.
La l-Mulej miegħi, m’għandix għax nibża’; *
x’jista’ jagħmilli l-bniedem?
Il-Mulej miegħi, hu l-għajnuna tiegħi, *
u nħares b’wiċċi minn quddiem
lejn l-għedewwa tiegħi. 

Aħjar tistkenn fil-Mulej *
milli tittama fil-bnedmin.
Aħjar tistkenn fil-Mulej *
milli tittama fil-kbarat. 

Glorja.

Ant. 1: Aħjar tistkenn fil-Mulej, għax għal dejjem it-tjieba tiegħu, hallelujah.

Ant. 2: Qawwa tiegħi u għana tiegħi l-Mulej, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar