Alla l-blata tagħhom

 

L-uffiċċju tal-qari, illum l-Ġimgħa 1 ta’ April 2022.

Salm 77 (78)

(III) 
B’danakollu baqgħu jidinbu, *
ma emmnux fl-għeġubijiet tiegħu.
U temm ħajjithom f’nifs wieħed, *
is-snin tagħhom b’mewt għal għarrieda.
Imbagħad kienu jfittxuh meta kien jeqridhom, *
kienu jindmu  u jfittxu ’l Alla bil-ħerqa;
kienu jiftakru li Alla l-blata tagħhom, *
Alla l-Għoli l-feddej tagħhom.
Imma kienu jqarrqu bih bi kliemhom, *
kienu jigdbulu bi lsienhom.
Għax qalbhom ma kinitx sewwa miegħu, *
ma kinux fidili mal-patt tiegħu. 

Iżda hu kien iħenn u jaħfrilhom il-ħtija, *
ma kienx jasal biex jeqridhom;
ħafna drabi kien iżomm il-korla, *
ma kienx jixgħel qilltu kollha.
Kien jiftakar li bnedmin huma, *
bħal żiffa li tgħaddi u ma terġax lura. 

Glorja.

Ant. 3: Kienu jiftakru li Alla l-blata tagħhom u l-feddej tagħhom.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/