Alla tiegħi jdawwal id-dlam tiegħi

 

L-uffiċċju tal-qari, illum l-Erbgħa 6 ta’ April 2022.

Salm 17 (18)

Ħallasni l-Mulej skond il-ġustizzja tiegħi, *
raddli skond is-safa ta’ jdejja.
Għax jien żammejt triqat il-Mulej, *
ma tbegħidtx bid-dnub minn Alla tiegħi.
Quddiemi huma d-digrieti kollha tiegħu; *
ma warrabtx minni l-preċetti tiegħu.
Bla tebgħa kont quddiemu, *
mill-ħtija ħarist lili nnifsi.
Raddli l-Mulej skond il-ġustizzja tiegħi, *
skond is-safa ta jdejja li ra b’għajnejh. 

Ma’ min hu tajjeb int timxi bit-tajjeb, *
ma’ min hu bla ħtija timxi bla ħtija;
ma’ min hu safi timxi bis-safa, *
ma’ min jgħawweġ timxi bil-għaqal.
Għax inti ssalva l-poplu fqajjar, *
u l-għajnejn kburin tbaxxihom.
Int tixgħel, Mulej, il-musbieħ tiegħi; *
Alla tiegħi jdawwal id-dlam tiegħi.
Bik jien negħleb il-qtajja’ tal-għedewwa; *
bl-għajnuna ta’ Alla tiegħi nirbaħ is-swar! 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/