bħal tarbija f’ħoġor ommha

 

L-għasar, it-Tlieta 3 ta’ Ġunju 2025

Salm 130 (131)

Tama sħiħa fil-Mulej
Tgħallmu minni, għax jien ta’qalb ħelwa u umli. (Mt 11:29) 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *
anqas ma ntrefgħu għajnejja;
jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *
jew wara ħwejjeġ ogħla minni. 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ *
bħal tarbija f’ħoġor ommha;
bħal tarbija miftuma, *
hekk hi ruħi ġewwa fija. 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *
minn issa u għal dejjem! 

Glorja.

Ant. 2: Jittama Iżrael fil-Mulej, hallelujah.

Ant. 3: Lilek jaqdu l-ħlejjaq kollha, għax int tkellimt, u huma saru, hallelujah.