Bħall-qamar jibqa’ għal dejjem

 

L-uffiċċju tal-qari, illum l-Erbgħa 23 ta’ Frar 2022.

Salm 88 (89)

(III) 

“Jekk uliedu jħallu l-liġi tiegħi, *
u ma jimxux skond il-preċetti tiegħi,
jekk huma jiksru l-liġijiet tiegħi, *
u ma jħarsux il-kmandamenti tiegħi,
jien nikkastiga ħtijiethom bil-virga, *
u bis-swat il-ħażen tagħhom. 

Iżda ma nwarrabx tjubiti minnu; *
ma niksirx il-kelma li tajtu.
Ma nonqosx mill-patt tiegħi; *
ma nerġax lura minn kelmti. 
Ħlift bi qdusiti darba għal dejjem, *
żgur li b’David ma nqarraqx.
Nislu għal dejjem jibqa’; *
it-tron tiegħu bħax-xemx quddiemi.
Bħall-qamar jibqa’ għal dejjem; *
it-tron tiegħu aktar sod mis-sema.” 

Glorja.

Ant. 3: Ħlift darba għal dejjem lil David, qaddej tiegħi: nislu jibqa’ għal dejjem.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/