bla tarf il-kobor tiegħu

 

L-uffiċċju tal-qari, il-Ħadd 11 ta’ Awwissu 2024
Salm 144 (145)

(I) Tifħir lill-kobor ta’ Alla
Ġust int, Mulej, int li hu u li kien. (Apok 16:5) 

Ħa nkabbrek, Alla tiegħi, sultan, *
u nbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem.
Kuljum irrid inbierkek, *
u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem. 

Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru ħafna, *
bla tarf il-kobor tiegħu.
Nisel lil nisel isebbaħ għemilek, *
u s-setgħa tiegħek ixandru. 

Il-ġmiel u l-kobor tas-sebħ tiegħek iħabbru, *
u fuq l-għeġubijiet tiegħek jitħaddtu.
Il-qawwa tal-għemejjel tiegħek tal-biża’ jxandru; *
u jien fuq l-għemejjel kbar tiegħek nitħaddet.
It-tjubija tiegħek bla qies ifakkru, *
jgħajtu bil-ferħ minħabba l-ġustizzja tiegħek. 

Twajjeb u ħanin il-Mulej, *
idum biex jagħdab u kollu tjieba.
Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej, *
tjubitu fuq kulma għamel. 

Glorja.

Ant. 1: Kuljum irrid inbierkek, Mulej, hallelujah.

Ant. 2: Saltnatek, Mulej, hi saltna għaż-żminijiet kollha, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar