Dan hu l-faraġ fin-niket tiegħi

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 16 ta’ Mejju 2023.
Salm 118 (119):49-56

VII (Żajin) 

Ftakar fil-kelma li tajt lill-qaddej tiegħek, *
li biha inti ttamajtni.
Dan hu l-faraġ fin-niket tiegħi: *
li l-wegħda tiegħek tagħtini l-ħajja. 

Jiddieħku bija l-kburin għall-aħħar; *
imma jiena ma nitbigħedx mil-liġi tiegħek.
Niftakar fid-digrieti tiegħek ta’ dari; *
fihom, Mulej, jiena nsib il-faraġ tiegħi. 

Nagħdab għall-aħħar minħabba l-ħżiena *
li jitilqu l-liġi tiegħek.
L-għanja tiegħi l-kmandamenti tiegħek, *
f’dan il-post fejn jien barrani. 

Billejl f’ismek niftakar, Mulej, *
u nħares il-liġi tiegħek.
Din hi l-barka li messet lili: *
li jiena nħares il-preċetti tiegħek. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/