Dan hu l-jum li għamel il-Mulej

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħamis 13 ta’ April 2023.

Salm 117 (118)

(III) Iftħuli l-bibien tal-ġustizzja; *
ħa nidħol minnhom u nrodd ħajr lill-Mulej. 

Dan hu bieb il-Mulej; *
il-ġusti jidħlu minnu.

 Niżżik ħajr talli weġibtni *
u kont għalija s-salvazzjoni tiegħi.  

Il-ġebla li warrbu l-bennejja *
saret il-ġebla tax-xewka.
Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan: *
ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna.
Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; *
ħa nifirħu u nithennew fih! 

Ejja, nitolbuk, Mulej, salvana! *
Ejja, nitolbuk, Mulej, agħtina r-risq! 

Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! *
Inberkukom minn dar il-Mulej. 

Jaħweh hu Alla; hu d-dawl tagħna. *
Tqassmu f’purċissjoni bil-friegħi f’idejkom
sa ħdejn l-altar. 
Alla tiegħi int, jien niżżik ħajr; *
Alla tiegħi, jien lilek inkabbar. 

Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu! 

Glorja.

Ant. 3: Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan: ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/