Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb

 

Scroll down for the English version.

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ħadd 14 ta’ April 2024

Salm 117 (118)

(I) Għajjat ta’ ferħ u rebħ
Din hi l-ġebla mwarrba minnkom il-bennejja, li saret il-ġebla tax-xewka. (Atti 4:11) 

Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu! 

Ħa jgħidu wlied Iżrael: *
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”
Ħa tgħid dar Aron: *
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.”
Ħa jgħidu dawk li jibżgħu mill-Mulej: *
“Għal dejjem it-tjieba tiegħu.” 

Sejjaħt il-Mulej fid-dwejjaq tiegħi; *
u l-Mulej weġibni, u ħariġni fil-wisa’.
La l-Mulej miegħi, m’għandix għax nibża’; *
x’jista’ jagħmilli l-bniedem?
Il-Mulej miegħi, hu l-għajnuna tiegħi, *
u nħares b’wiċċi minn quddiem
lejn l-għedewwa tiegħi. 

Aħjar tistkenn fil-Mulej *
milli tittama fil-bnedmin.
Aħjar tistkenn fil-Mulej *
milli tittama fil-kbarat. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/

In English

Daytime Prayer, Sunday 14 April 2024

Psalm 118
Song of joy for salvation

This Jesus is the stone which, rejected by you builders, has become the chief stone supporting all the rest (Acts 4:11).

I

Give thanks to the Lord for he is good, *
for his love endures for ever.

Let the sons of Israel say: *
“His love endures for ever.”
Let the sons of Aaron say: *
“His love endures for ever”
Let those who fear the Lord say: *
“His love endures for ever.”

I called to the Lord in my distress; *
he answered and freed me.
The Lord is at my side; I do not fear. *
What can man do against me?
The Lord is at my side as my helper: *
I shall look down on my foes.

It is better to take refuge in the Lord *
than to trust in men:
it is better to take refuge in the Lord *
than to trust in princes.

Glory to the Father, and to the Son, *
and to the Holy Spirit:
as it was in the beginning, is now, *
and will be for ever. Amen.

Read the full psalm on http://www.ibreviary.com/m2/breviario.php?s=ora_media