ferraħtni b’għemilek

 

L-uffiċċju tal-qari, illum it-Tnejn 11 ta’ Lulju 2022.

Salm 91 (92)

(I) Tifħir lill-Awturi u s-Sid tal-Ħolqien
Tifħir lill-Iben ta’ Alla għal kulma għamel. (S.Atanasju) 

Tajjeb li nfaħħru l-Mulej, *
li ngħannu lil ismek, inti l-Għoli,
Inxandru fil-għodu t-tjieba tiegħek, *
u billejl il-fedeltà tiegħek,
fuq l-għaxar kordi u fuq l-arpa, *
u bid-daqq taċ-ċetra.
Għax inti, Mulej, ferraħtni b’għemilek; *
għal għemil idejk jien ngħanni bil-ferħ. 

Kemm huma kbar, Mulej, l-għemejjel tiegħek, *
kemm huma għolja ħsibijietek!
Il-bniedem bla moħħ ma jagħrafhomx, *
u l-iblah ma jifhimhomx.
Imqar jekk iħaddru bħall-ħaxix il-ħżiena, *
u jwarrdu dawk kollha li jagħmlu l-ħażen,
ilkoll għad jinqerdu għal dejjem; *
imma inti, Mulej, għal dejjem fl-għoli. 

Glorja.

Ant. 2: It-triq tat-tajbin bħad-dawl tal-għodwa li żżid id-dawl tagħha sal-milja tal-jum.

Ant. 3: Il-bniedem ġust bħal palma jħaddar, bħal ċedru tal-Libanu jikber.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/