fid-dlam qegħdin jimxu

 

Talb ta’ nofs il-jum, it-Tnejn 14 ta’ Ottubru 2024
Salm 81 (82)

Kontra min jaqta’ l-ħaqq bil-ħażen
Tiġġudikawx qabel il-waqt sa ma jiġi l-Mulej. (1 Kor 4:5) 

Alla joqgħod fil-laqgħa tal-allat, *
f’nofs l-allat jaqta’ s-sentenza: 

“Kemm se ddumu taqtgħu l-ħaqq bil-ħażen, *
u tħarsu lejn wiċċ il-ħżiena?
Agħmlu l-ħaqq mal-miskin u l-iltim; *
mal-magħkus u l-fqir agħmlu s-sewwa.
Eħilsu d-dgħajjef u l-fqajjar, *
minn id il-ħżiena salvawhom.” 

La jafu u lanqas jifhmu, †
fid-dlam qegħdin jimxu; *
u s-sisien kollha tal-art qed jitheżhżu. 

Jien għedt li allat intom, *
ulied l-Għoli lkoll kemm intom.
Imma bħal kull bniedem intom tmutu; *
bħal kull wieħed mill-kbarat taqgħu. 

Qum, o Alla, agħmel ħaqq mill-art; *
għax tiegħek huma l-ġnus kollha! 

Glorja.

Ant. 2: Wieħed hu l-leġiżlatur u l-imħallef; int min int biex tagħmel ħaqq mill-proxxmu?

Ant. 3: Sejjaħt lill-Mulej, u hu weġibni.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar