fil-kelma tiegħek jien nittama

 

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ħamis 12 ta’ Settembru 2024
Salm 118 (119):113-120

XV (Samek) In-nies ta’ żewġt iqlub nobgħodhom; *
imma l-liġi tiegħek inħobbha.
Inti l-kenn u t-tarka tiegħi; *
fil-kelma tiegħek jien nittama. 

Tbiegħdu minni, intom nies ħżiena, *
biex inħares il-kmandamenti ta’ Alla tiegħi.
Żommni skond il-wegħda tiegħek, biex nibqa’ ħaj; *
tħallix bla temma t-tama tiegħi. 

Għinni int, u jiena nsalva; *
u ħsiebi jkun dejjem fil-kmandamenti tiegħek.
Int tistmell ’il kull min jitbiegħed
mill-kmandamenti tiegħek, *
għax qarrieqa l-fehma tagħhom. 

Bħal skart għalik il-ħżiena tal-art; *
għalhekk inħobb il-preċetti tiegħek.
Jitkexkex ġismi bil-biża’ tiegħek; *
mid-digrieti tiegħek nibża’. 

Glorja.

Ant. 1: Żommni skond il-wegħda tiegħek, Mulej, biex nibqa’ ħaj.

Ant. 2: Għinna, O Alla, salvatur tagħna, u aħfrilna dnubietna.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar