F’nofs il-lejl inqum infaħħrek

 

Talba ta’ nofs il-jum, illum l-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2022.

Salm 118 (119):57-64

VIII (Ħet) 

Jien għedt, Mulej: “Dan hu sehmi, *
li nħares il-kelma tiegħek.”
Quddiemek nitlob b’qalbi kollha; *
ħenn għalija skond il-wegħda tiegħek. 

Jien qist sewwa l-mixi tiegħi, *
u rġajt lura lejn il-preċetti tiegħek.
Ngħaġġel u ma nitnikkirx, *
biex inħares il-kmandamenti tiegħek. 

Il-ħbula tal-ħżiena dawramejt għalquni, *
imma jien ma nsejtx il-liġi tiegħek.
F’nofs il-lejl inqum infaħħrek *
minħabba d-digrieti ġusti tiegħek. 

Nissieħeb ma’ kull min għandu l-biża’ tiegħek, *
ma’ dawk li jħarsu l-preċetti tiegħek.
Mimlija, Mulej, l-art bit-tjieba tiegħek; *
għallimni l-kmandamenti tiegħek. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/