fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, it-Tlieta 16 ta’ Lulju 2024
Salm 66 (67)

Ifaħħru lil Alla l-popli kollha
Kunu afu li din is-salvazzjoni ta’ Alla ġiet mibgħuta lill-pagani. (Atti 28:28) 

Iħenn għalina Alla, u jberikna; *
idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!
Biex jingħarfu fuq l-art triqatek, *
fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek. 

Ifaħħruk il-popli, o Alla, *
ifaħħruk il-popli kollha.
Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ, †
għax trieġi l-popli bis-sewwa, *
u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom. 

Ifaħħruk il-popli, o Alla, *
ifaħħruk il-popli kollha.
L-art tat il-frott tagħha; *
iberikna Alla, Alla tagħna!
Iberikna Alla, u tibża’ minnu *
l-art kollha minn tarf għall-ieħor! 

Glorja.

Ant. 3: Dawwar, Mulej, għal fuqna d-dija ta’ wiċċek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar