għad-dell ta’ ġwenħajk kenninni

 

Talb ta’ nofs il-jum, l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju 2024
Salm 16 (17)

(I) Salvani mill-ħżiena, Mulej
Meta kien jgħix fuq din l-art … offra talb … u ġie mismugħ. (Lhud 5:7) 

Isma’, Mulej, il-kawża ġusta tiegħi, *
ilqa’ l-għajta tiegħi,agħti widen għat-talb tiegħi; *
bla qerq huma xufftejja.
Mingħandek toħroġ il-ġustizza għalija, *
għajnejk jaraw is-sewwa. 

Jekk qalbi tiflili, jekk billejl iżżurni, *
jekk inti ġġarrabni, ma ssib ebda qerq fija.
Ma żbaljajtx bi kliemi, kif jagħmlu n-nies; *
ħarist ruħi bi kliemek minn triqat il-ħżiena.
Il-mixi tiegħi żammejt fi triqatek, *
qatt ma għotru riġlejja. 

Insejjaħlek, għax int tweġibni, o Alla; *
ressaq widintek lejja, isma’ kliemi.
Uri t-tjieba tiegħek tal-għaġeb; *
int li teħles mill-għedewwa
lil min jittama fil-leminija tiegħek.
Bħal ħabba tal-għajn ħarisni, *
għad-dell ta’ ġwenħajk kenninni
mill-ħżiena li jagħfsu fuqi, *
mill-għedewwa qattiela li jdawruni. 

Glorja.

Ant. 2: Żomm fi triqatek il-mixi tiegħi, Mulej.

Ant. 3: Qum Mulej, eħlisli ħajti.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar