għajnejh fuq il-bnedmin jitfa’

 

L-għasar, illum it-Tnejn 23 ta’ Ottubru 2023.

Salm 10 (11)

Il-Mulej hu l-kenn tal-ġust
Henjin dawk li huma bil-ġuħ tal-ġustozzja, għax huma jkunu mxebba. (Mt 5:6) 

Fil-Mulej hu l-kenn tiegħi; †
mela kif tgħiduli: *
“Aħrab bħal għasfur lejn l-għolja;
għax, ara, il-midinbin qed imiddu l-ark, †
u jqabbdu mal-watar il-vleġġa, *
biex jolqtu fid-dlam lin-nies ta’ qalb safja.
Jekk is-sisien jinqalbu, *
il-bniedem ġust x’jista jagħmel?” 

Il-Mulej hu fit-tempju mqaddes tiegħu, *
il-Mulej fis-sema għandu t-tron tiegħu;
għajnejh fuq il-bnedmin jitfa’, *
bi xfar għajnejh jiflihom.
Jgħarbel il-Mulej lill-ġust u l-ħażin; *
hu jobgħod ’il min iħobb id-dnewwa.
Xita ta’ ġamar u kubrit jitfa’ fuq il-ħżiena; *
riħ jikwi jkun is-sehem li ħaqqhom. 

Għax ġust hu l-Mulej, u jħobb il-ġustizzja; *
wiċċu jdawwar lejn min hu sewwa. 

Glorja.

Ant. 1: Il-Mulej jitfa’ għajnejh fuq l-imsejken.

Ant. 2: Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/