għajnejh ifittxu lill-imsejken

 


L-uffiċċju tal-qari, illum it-Tlieta 22 ta’ Novembru 2022.
Salm 9B (10)

(I) Radd ta’ ħajr
Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla (Lq 6:20) 

Għaliex, Mulej, int hekk imbiegħed? *
Għaliex tinħeba waqt il-bżonn?
Fi kburitu l-ħażin lill-fqir jaħqar, *
jaqbdu fin-nases li nasablu.
Il-ħażin jiftaħar bix-xewqat ta’ qalbu, *
fir-regħba tiegħu jisħet u jżeblaħ lill-Mulej.
Fi kburitu jkasbar lill-Mulej, u f’xejn ma jfittxu; *
u Alla ma jidħolx fi ħsibijietu. 

Jirnexxi dejjem fi triqtu, †
xejn ma jilħquh il-ġudizzji tiegħek, *
bl-għedewwa tiegħu jiddieħak.
Igħid f’qalbu: “Ma niċċaqlaqx! *
Minn nisel għal nisel ebda ħsara ma tilħaqni!” 

Saħta u dnewwa fuq fommu; *
għawġ u ħsara fuq ilsienu.
Wara l-ħitan tas-sejjieħ jissajja, †
fil-moħbi joqtol nies bla ħtija; *
għajnejh ifittxu lill-imsejken.
Igħasses fil-moħbi bħal iljun fil-bejta; †
igħasses biex lill-fqajjar jaħtaf; *
jaqbdu u jkaxru fix-xibka.
Jitbaxxa, mal-art jinxteħet; *
l-imsejkna jaqgħu taħt il-qilla tiegħu.
Jgħid bejnu u bejn ruħu: “Alla nesa; *
ħeba wiċċu, ma jħarisx iżjed”. 

Glorja.

Ant. 1: Il-Mulej jagħmel ħaqq ġust lill-foqra.

Ant. 2: Ara, Mulej, l-għawġ u l-ħsara tal-imsejken.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/