Għajnejna lejn il-Mulej, sa ma jkollu ħniena minna.

 

SALM RESPONSORJALI
Salm 122(123), 1-4

R/.: Għajnejna lejn il-Mulej, sa ma jkollu ħniena minna.

Lejk nerfa’ għajnejja,
int li tgħammar fis-smewwiet.
Ara, bħal għajnejn il-qaddejja
lejn id sidhom; hekk għajnejna lejn il-Mulej. R/.

Bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha;
hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna,
sa ma jkollu ħniena minna. R/.

Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina,
għax mitmugħa sax-xaba’ bit-tagħjir.
Imxebbgħa għall-aħħar ruħna
biż-żebliħ tal-għonja, bit-tagħjir tal-kburin. R/.