għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 

L-uffiċċju tal-qari, illum is-Sibt 1 ta’ Ottubru 2022.
Salm 135 (136)

(III) 

Hu mexxa fid-deżert il-poplu tiegħu, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U xejjen slaten qawwija, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Qered slaten kbar, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Qered lil Siħon, sultan tal-Amurrin, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U ’l Għog, sultan ta’ Basan, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U l-art tagħhom qassamha b’wirt, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.B
’wirt lil Iżrael, qaddej tiegħu, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 

Meta konna magħkusin ftakar fina, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
U ħelisna mill-għedewwa tagħna, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
Lil kulħadd hu jagħti l-ikel, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 

Roddu ħajr lil Alla tas-smewwiet, *
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 

Glorja.

Ant. 3: Roddu ħajr lil Alla tas-smewwiet; hu ħelisna mill-għedewwa tagħna.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/