Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, l-Erbgħa 19 ta’ Marzu 2025

Salm 62 (63):2-9

Ir-ruħ għatxana għal Alla
Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl. 

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek. 

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek. 

Glorja.

Ant. 1: Ir-ragħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ’l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura.

Ant. 2: Ġużeppi u Marija, omm Ġesù, baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu; u Xmun berikhom.