Għax kbira hi t-tjieba tiegħu magħna

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2025

Salm 116 (117)

Tifħir lill-Mulej għal tjubitu
Ngħidilkom li l-pagani wkoll ifaħħru lil Alla minħabba l-ħniena tiegħu. (Rum 15:8,9) 

Faħħru l-Mulej, intom ġnus kollha, *
sebbħuh, popli kollha! 

Għax kbira hi t-tjieba tiegħu magħna, *
il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ għal dejjem. 

Glorja.

Ant. 3: Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja, hallelujah.