Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tnejn 26 ta’ Ġunju 2023.

Salm 118 (119):129-136

XVII (Pe) 

Tal-għaġeb huma l-preċetti tiegħek, *
għalhekk tħarishom qalbi.
It-tifsir ta’ kelmtek jagħti d-dawl, *
ifiehem lil min ma jafx. 

Niftaħ fommi u nieħu r-ruħ, *
għax nixxennaq għall-kmandamenti tiegħek.
Dur lejja u ħenn għalija, *
kif dejjem tagħmel ma’ min iħobb ’l ismek. 

Żomm sħiħ il-mixi tiegħi skond il-wegħda tiegħek, *
u ebda deni ma jaħkem fuqi.
Eħlisni mill-moħqrija tal-bniedem, *
u nħares il-preċetti tiegħek. 

Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek, *
għallimni l-kmandamenti tiegħek.
Id-dmugħ bħal wied iġelben minn għajnejja, *
għax ma jħarsux il-bnedmin il-liġi tiegħek.

 Glorja.

Ant. 1: Mulej, żomm sħiħ il-mixi tiegħi skond il-wegħda tiegħek.

Ant. 2: Wieħed hu l-leġiżlatur u l-imħallef; int min int biex tagħmel ħaqq mill-proxxmu?

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/