Ħa jkunu milqugħa quddiemek

 


Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tnejn 8 ta’ Mejju 2023.

Salm 18B (19B)

Tifħir ’l Alla, Sid il-Liġi
Kunu perfetti, bħalma perfett Missierkom tas-sema. (Mt 5,48) 

Il-liġi tal-Mulej perfetta u tagħti l-ħajja; *
ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa,
u tgħallem lil min ma jafx.
Il-Preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb; *
il-kmandament tal-Mulej safi,
u jdawwal l-għajnejn. 

Il-biża’ tal-Mulej sinċier, u jibqa’ għal dejjem; *
il-ġudizzji tal-Mulej sewwa, u mseddqa għalkollox.
Egħżeż mid-deheb, mid-deheb l-aktar fin, *
oħla mill-għasel u mill-qtar tax-xehda. 

Fehemhom sewwa l-qaddej tiegħek; *
ħlas tajjeb għandu min iħarishom.
In-nuqqas min jista’ jagħrfu? *
Minn dak li ma nafx bih saffini.
U mill-kburija wkoll ħares lill-qaddej tiegħek, *
tħalliha qatt taħkimni.
Imbagħad inkun bla ħtija *
u ħieles minn dnub kbir. 

Ħa jkunu milqugħa quddiemek †
kliem fommi u ħsieb qalbi, *
Mulej, blata tiegħi u feddej tiegħi. 

Glorja. 

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/