Ħa nqajjem sbiħ il-jum!

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2023.

Salm 34 (35)

(III) 

Int, Mulej Sidi, kemm se ddum tħares? †
Eħlisni mill-qerda tagħhom, *
eħlisli mill-iljuni ħajti l-għażiża.
Niżżik ħajr qalb ġemgħa kbira, *
qalb kotra ta’ nies infaħħrek. 

Tħallix l-għedewwa qarrieqa jithennew minħabba fija; *
anqas ’il dawk li għal xejn b’xejn jobogħduni
jegħmżu ’l xulxin kontrija.
Inti rajtu dan, Mulej; la tibqax sieket; *
Sidi, titbegħidx minni.
Stenbaħ u qum biex tagħtini raġun, †
biex taqbeż għall-kawża tiegħi, *
Alla tiegħi u Sid tiegħi. 

Jifirħu u jithennew *
dawk li jgħożżu l-ġustizzja tiegħi;
u jgħidu dejjem: “Kbir il-Mulej, *
li jgħożż is-sliem tal-qaddej tiegħu!” 

Imbagħad ixandar ilsieni l-ġustizzja tiegħek, *
il-jum kollu t-tifħir tiegħek. 

Glorja.

Ant. 3: Il-jum kollu lsieni jxandar il-ġustizzja tiegħek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/