Ħa tasal it-talba tiegħi għandek

 

Talb ta’ nofs il-jum, it-Tlieta 20 ta’ Awwissu 2024
Salm 87 (88)

(I)

Talba fil-mard
Din hi is-siegħa tagħkom u s-setgħa tad-dlamijiet. (Lq 22:53) 

Mulej, Alla tiegħi, binhar jien ngħajjat, *
billejl jien nitniehed quddiemek.
Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, *
agħti widen għat-talba tiegħi. 

Għax ruħi mimlija bl-hemm, *
lejn il-qabar qed toqrob ħajti.
Jien magħdud ma’ min nieżel fil-ħofra, *
sirt qisni bniedem bla saħħa.
Fost il-mejtin hu friexi, *
bħall-maqtulin mimduda fil-qabar,
li fihom ma tiftakarx iżjed *
u mhumiex aktar taħt idejk. 

Inti xħettni f’qiegħ il-ħofra, *
fid-dlamijiet, f’qiegħ l-art.
Fuqi tagħfas il-qilla tiegħek, *
fuqi tfajt l-imwieġ kollha tiegħek. 

Glorja.

Ant. 2: Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, Mulej.

Ant. 3: Jien lejk ngħajjat, Mulej; la taħbix wiċċek minni.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar