Ħa tkun idek l-għajnuna tiegħi

 

Talba ta’ nofs il-jum, illum is-Sibt 6 ta’ Mejju 2023.

Salm 118 (119):169-176

XXII (Taw) 

Ħa tasal quddiemek, Mulej, l-għajta tiegħi; *
agħtini d-dehen skond il-kelma tiegħek.
Ħa jasal quddiemek it-tħannin tiegħi *
eħlisni skond il-wegħda tiegħek. 

Jinfexxu xufftejja fit-tifħir tiegħek, *
għax int tgħallimni l-kmandamenti tiegħek.
Ixandar ilsieni l-wegħda tiegħek; *
għax kollha ġusti l-kmandamenti tiegħek. 

Ħa tkun idek l-għajnuna tiegħi, *
għax jien ħtart il-preċetti tiegħek.
Jien nixtieq is-salvazzjoni tiegħek, Mulej; *
il-liġi tiegħek hija l-għaxqa tiegħi. 

Ħa nibqa’ ħaj, biex infaħħrek! *
Ikunu d-digrieti tiegħek l-għajnuna tiegħi!
Jien ħriġt mit-triq bħal nagħġa mitlufa; *
fittex il-qaddej tiegħek, għax jien ma nsejtx il-kmandamenti tiegħek. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/