ħalli nimxu fid-dawl tal-Mulej

 


Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum it-Tnejn 30 ta’ Mejju 2022.

Kantiku (Iż 2:2-5)

Il-għolja ta’ dar il-Mulej tintrefa’ ’l fuq mill-muntanji
Il-ġnus kollha jiġu jinxteħtu quddiemek. (Apok 15:4) 

Għad jiġri fl-aħħar jiem †
li l-għolja tad-dar tal-Mulej *ġ
togħla ’l fuq mill-qċaċet tal-muntanji;
hija tintrefa’ ’l fuq mill-għoljiet, *
u lejha jiġru l-ġnus kollha. 

Kotra sħiħa ta’ popli *
għad jiġu u jgħidu:
“Ħa mmorru u nitilgħu fuq l-għolja tal-Mulej, *
lejn id-dar ta’ Alla ta’ Ġakobb,
biex jgħallimna t-triqat tiegħu, *
u nimxu fil-mogħdijiet tiegħu,
għax minn Sijon toħroġ il-liġi, *
u l-kelma tal-Mulej minn Ġerusalemm.” 

Il-Mulej jagħmel ħaqq bejn il-ġnus, *
u jaqta’ s-sentenza bejn ħafna popli;
u huma jbiddlu x-xwabel tagħhom f’sikek tal-moħriet, *
u l-lanez tagħhom fi mnieġel.
Ebda ġens ma jerfa’ x-xabla kontra ġens ieħor, *
u s-sena tal-gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed. 

Ejja, dar ta’ Ġakobb, *
ħalli nimxu fid-dawl tal-Mulej. 

Glorja.

Ant. 2: Id-dar tal-Mulej intrefgħet fl-għoli, u lejha jiġru l-ġnus kollha, hallelujah.

Ant. 3: Għidu fost il-ġnus: Il-Mulej isaltan, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/