Ħalli xortik f’idejn il-Mulej

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2023.

Salm 54 (55)

(III) 

Imma jien lil Alla nsejjaħ, *
u l-Mulej isalvani.
Fil-għaxija, fil-għodu u f’nofsinhar †
nokrob u nitniehed; *
u hu jisma’ l-leħen tiegħi.
Jeħlisli ’l ħajti fis-sliem †
mill-ġlieda li qajmu kontrija, *
għax ħafna huma li ħabtu għalija.
Alla jismagħni u jrażżanhom, *
hu li qiegħed fuq it-tron minn dejjem;
għax huma ma jridux jindmu, *
ma għandhomx il-biża’ ta’ Alla. 

Idu refa’ kontra ħbiebu, *
kiser il-ftehim tiegħu.
Aktar mill-butir hu ħelu fommu, *
imma qalbu bil-ġlied mimlija.
Aktar miż-żejt hu artab kliemu, *
imma hu bħal sejf mislut. 

Ħalli xortik f’idejn il-Mulej, †
u hu jgħinek u jwieżnek; *
hu qatt ma jħalli l-ġust jitfixkel. 

U int, o Alla, itfagħhom *
fil-ħofra tat-telfien.
Nies tad-demm u tal-qerq, †
ma jgħixux nofs ħajjithom! *
Imma jien fik nittama. 

Glorja.

Ant. 3: Ħalli xortik f’idejn il-Mulej, u hu jgħinek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/