Ħarisni mix-xibka li firxu għalija

 

L-Għasar, illum is-Sibt 26 ta’ Awwissu 2023.

Salm 140 (141):1-9

Talba fit-tiġrib
Id-duħħan tal-inċens tela’ minflok it-talb tal-qaddisin minn id l-Anġlu quddiem Alla. (Apok 8:4) 

Lilek, Mulej, insejjaħ; fittex għinni! *
Isma’ leħni, jiena u nsejjaħlek.
Ikun it-talb tiegħi bħal inċens quddiemek; *
ikunu jdejja merfugħa ’l fuqbħas-sagrifiċċju filgħaxija. 

Qegħedli, Mulej, ilġiem fuq fommi, *
agħmilli l-għassa ma’ bieb xufftejja.
Tħallix li qalbi ddur lejn ħwejjeġ ħżiena *
biex jiena nagħmel dak li hu ħażin;
tħallix li nissieħeb ma’ nies ħżiena, *
u anqas induq l-ikel bnin tagħhom.
Ħa jsawwatni l-ġust u jċanfarni, *
għax dan jagħmlu mqanqal mit-tjieba.
Imma żejt il-midneb ma jidliklix rasi; *
jien nibqa’ nitlob kontra ħżunithom. 

Fuq il-blat jitwaddbu l-kapijiet tagħhom; *
imbagħad jitgħallmu li sabiħ hu kliemi.
Bħall-frak u l-laqx mal-art imxerred, *
hekk jitferrex għadamhom mad-daħla ta’ qiegħ l-art. 

Imma lejk, Mulej Sidi, jiena ndawwar għajnejja, *
fik nistkenn, la tħallinix nintrema.
Ħarisni mix-xibka li firxu għalija, *
min-nassa ta’ dawk li jagħmlu l-ħażen. 

Glorja.

Ant. 1: Ikun it-talb tiegħi bħal inċens quddiemek, Mulej.

Ant. 2: Inti l-kenn tiegħi, Mulej, inti sehmi f’art il-ħajjin.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/