Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom

 

Talb ta’ nofs il-jum, is-Sibt 17 ta’ Awwissu 2024
Salm 33 (34)

(I)

Il-Mulej isalva l-ġustiIntom ippruvajtu kemm hu tajjeb il-Mulej. (1 Piet 2:3) 

Kull ħin inbierek ’il-Mulej, *
tifħiru dejjem fuq fommi.
Bil-Mulej tiftaħar ruħi, *
jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.
Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi; *
ħa ngħollu ismu flimkien. 

Jien fittixt il-Mulej, u weġibni, *
minn kull biża’ tiegħi ħelisni.
Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom, *
u ma jkollkomx għax tistħu. 

Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu, *
u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu.
L-Anġlu tal-Mulej jgħasses
madwar dawk li jibżgħu minnu, *
u jeħlishom. 

Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej; *
hieni l-bniedem li jistkenn fih.
Ibżgħu mill-Mulej, qaddisin tiegħu; *
xejn ma jonqsu min jibża’ minnu.
Is-setgħana jiftaqru u jbatu l-ġuħ; *
min ifittex lill-Mulej xejn ma jkun jonqsu. 

Glorja.

Ant. 2: Ħarsu lejn il-Mulej, u jiddi bil-ferħ wiċċkom.

Ant. 3: Qrib il-Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar