hu ħalaqna, u aħna tiegħu

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju 2025

Salm 99 (100)

Il-ferħ ta’ min jidħol fit-tempju
Il-Mulej irid li l-mifdijin jgħannu l-għanja tar-rebħa. (S. Atanasju) 

Għajtu bil-ferħ lill-Mulej,
nies kollha tal-art,aqdu bil-ferħ lill-Mulej,
idħlu quddiemu b’għana ferrieħi. 

Ant. Kristu huwa r-Ragħaj il-kbir: ejjew nadurawh, hallelujah. 

Kunu afu li Jaħweh hu Alla;
hu ħalaqna, u aħna tiegħu,
aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu. 

Ant. Kristu huwa r-Ragħaj il-kbir: ejjew nadurawh, hallelujah. 

Idħlu b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu;
bit-tifħir fil-btieħi tat-tempju tiegħu;
roddulu ħajr u bierku ismu!
Għax twajjeb il-Mulej,
għal dejjem it-tjieba tiegħu;
minn żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu. 

Ant. Kristu huwa r-Ragħaj il-kbir: ejjew nadurawh, hallelujah. 

Glorja lill-Missier u lill-Iben
u lill-Ispirtu s-Santu.Kif kien mill-bidu, issa u dejjem
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen. 

Ant. Kristu huwa r-Ragħaj il-kbir: ejjew nadurawh, hallelujah.