
Hu juri bħad-dawl is-sewwa tiegħek
L-uffi`ċċju tal-qari, illum it-Tlieta 26 ta’ Ottubru.
Salmodija
Ant. 1: Erħi fil-Mulej it-triq tiegħek, u jagħmel hu.
Salm 36 (37)
(I) Ix-xorti tal-ħżiena u tal-ġusti
Ħenjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom l-art bħala wirt. (Mt 5:5)
La tagħdabx minħabba l-ħżiena, *
la tgħirx għal dawk li jagħmlu d-deni;
għax bħall-ħaxix malajr jitbielu, *
u bħan-nibbieta malajr jinxfu.
Afda fil-Mulej, u agħmel it-tajjeb; *
għammar fl-art, u tgħix b’moħħok mistrieħ;
qiegħed fil-Mulej l-għaxqa tiegħek, *
u jagħtik dak li tixtieq qalbek.
Erħi fil-Mulej it-triq tiegħek, *
afda fih, u jagħmel hu.
Hu juri bħad-dawl is-sewwa tiegħek, *
u d-dritt tiegħek bħal nofsinhar.
Serraħ rasek fil-Mulej u ttama fih; *
tinkeddx minħabba f’min jirnexxi
u f’min jimxi bil-ħżunija.
Ħallik mill-korla u la tirrabjax; *
tinkedd xejn għax deni jiswielek.
Għax il-ħżiena jitqaċċtu ’l barra; *
imma min jittama fil-Mulej jikseb l-art.
Ftit ieħor, u l-ħażin ma jkunx aktar; *
għad tħares fejn kien u ma ssibux.
Imma l-ġwejdin għad jirtu l-art, *
u bi sliem kotran jitgħaxxqu.
Glorja.
Ant. 1: Erħi fil-Mulej it-triq tiegħek, u jagħmel hu.
Ant. 2: Tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb: il-Mulej iżomm il-ġusti.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/