hu qatt ma jħalli l-ġust jitfixkel

 

Talb ta’ nofs il-jum, l-Erbgħa 12 ta’ Ġunju 2024
Salm 54 (55):2-15,17-24

(II) 

Mhuwiex xi għadu dak li jċanfarni; *
li kien hekk, kont nissaporti.
Mhux xi wieħed kontrija dak li jkasbarni; *
li kien hekk, kont ninħeba minnu.
Imma int, wieħed bħali, *
sieħbi u ħabib tal-qalb,
li kont nitgħaxxaq nitkellem miegħek, *
ħaġa waħda konna nkunu fid-dar ta’ Alla. 

Imma jien lil Alla nsejjaħ, *
u l-Mulej isalvani.
Fil-għaxija, filgħodu u f’nofsinhar †
nokrob u nitniehed; *
u hu jisma’ l-leħen tiegħi.
Jeħlisli ’l ħajti fis-sliem †
mill-ġlieda li qajmu kontrija, *
għax ħafna huma li ħabtu għalija.
Alla jismagħni u jrażżanhom, *
hu li qiegħed fuq it-tron minn dejjem;
għax huma ma jridux jindmu, *
ma għandhomx il-biża’ ta’ Alla. 

Idu refa’ kontra ħbiebu, *
kiser il-ftehim tiegħu.
Aktar mill-butir hu ħelu fommu, *
imma qalbu bil-ġlied mimlija.
Aktar miż-żejt hu artab kliemu, *
imma hu bħal sejf mislut. 

Ħalli xortik f’idejn il-Mulej, †
u hu jgħinek u jwieżnek; *
hu qatt ma jħalli l-ġust jitfixkel.
U int, o Alla, itfagħhom *
fil-ħofra tat-telfien.
Nies tad-demm u tal-qerq, †
ma jgħixux nofs ħajjithom! *
Imma jien fik nittama.

Glorja.

Ant. 3: Lil Alla nsejjaħ, u l-Mulej isalvani.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar